Operetta 1989
Operetta 1989 - Il-MIKADO
Dan l-ahhar, waqt li kont qed inqalleb fir-ritratti, sibt ritratt li ghandu jinteressakom ilkoll! Dan huwa r-ritratt ta' meta whud minnha, fil-form 1, hadna sehem fl-operetta MIKADO li kienet ittellghet fl-awditorjum tal-Kullegg. Huwa difficli hafna li wiehed jaghraf lin-nies kollha li hadu sehem. Bhala qassisin jidhru Fr.Norbert Bonavia, Fr.Karm Debattista, Fr.Conrad Sciberras, Fr. Alfred Farrugia u Fr.Karm Borg. Dik is-sena (1989), il-Kullegg Missjunarju ta' San Pawl kien ghalaq 25 sena mit-twaqqif tieghu u tiftakru lkoll li konna hadna ritratt kbir bl-istudenti u l-ghalliema kollha fuq it-tarag tal-grawnd. Insomma, dan ir-ritratt ta' l-operetta ghandu jnissel fina nostalgija kbira! Jekk ghandkom ritratti ohra bhal dawn, ta' dak kollu li ghandu x'jaqsam maz-zmien li qattajna il-kullegg, ibghatuhomli fuq l-indirizz neilspiteri@gmail.com. Grazzi bil-quddiem!
